Mark Laurence Zammit

Kitba u Direzzjoni Artistika

"Il-Musical huwa l-istorja ta’ Dun Ġorg u l-istorja ta’ Malta. F’kull kelma, f’kull nifs, hemm imgeżwra r-ruħ tal-poplu Malti."

Francesco Grech

Muzika u Direzzjoni Muzikali

"L-ebda nota mhi hemm għalxejn."

Maria Cremona

Produzzjoni

"M’aħniex qed nitkellmu fuq idea jew taħżiża fuq karta. Il-Musical huwa grupp ta’ żgħażagħ li fid-diversità tiegħu qed jaħdem għal għan wieħed."

Josmar Saliba

PRO

"Aktar milli immaġini sabiħa, qed nippruvaw noħolqu reputazzjoni."

Andrew Borg

Sett

"Is-sigriet hu li tpoġġi lil Dun Ġorġ fil-kuntest taż-żmien u l-ambjent li għex fih mingħajr ma tinsa’ li hu maqtugħ minnhom, li hu universali. Minħabba f’hekk, is-sett huwa kontemporanju daqs kemm huwa tradizzjonali."

Joseph Bonnici

Grafika u IT

"Qed nippruvaw inwasslu lil Dun Ġorġ mhux bħala l-bniedem tal-Mużew, imma bħala l-bniedem ta’ Malta."

Nicola Cutajar

Koreografija

"Jekk fiha mqar l-iċken potenzjal ta’ ġid, anke żifna hija estensjoni tal-ħolma ta’ Dun Ġorġ."

Elena Zammit

Koreografija

"Daqskemm jaf ikun konkret u loġiku, il-Musical għandu l-ħila, li anke biż-żfin, ifittex jesprimi lilu nniffsu bil-metafora."

John Borg

Kostumi

"L-ilbies huwa l-pont bejn l-antik u l-ġdid, it-tradizzjonali u l-kontemporanju."

Gorgi Portelli

Bini tas-Sett

"M’aħna nagħmlu xejn differenti minn ħaddieħor, ħlief li qed nagħmlu kollox biż-żgħażagħ."

 © dungorg.com Design and Development: Joseph Bonnici